top of page

L-Istorja ta' MaltaIl-Verità

Kif jgħidu: “Taf kemm taf, qatt ma tkun taf biżejjed” u hekk nistgħu ngħidu fejn tidħol l-Istorja ta’ Malta. Taqra kemm taqra kotba u tisma’ kemm tisma’ riċerka, qisek dejjem tiskopri affarijiet ġodda. Wara xhur ta’ riċerka estensiva, il-kumpanija tat-teatru PassWaraPass, se tippreżenta lejla satirika għall- familja kollha, bl-isem ta’ L-Istorja ta’ Malta – Il-Verità. 

Il-produzzjoni, li ser issir fis-6, 12 u 13 ta’ Frar, teħodna dawra mal-istorja ta’ Malta mill-bidu net sas-sena 2040. 

565x405_group_photo.png

Nibdew mill-  bidu 5200 QK fejn niltaqgħu mal-ewwel Maltin u niskopru x’kien l-ewwel kliem li jingħad u kif ġew iffurmati t-tempji.  Naraw kif żvolġiet il-miġja ta’ San Pawl u nsiru nafu x’kienet il-vera raġuni għalfejn seħħ l-Assedju l-Kbir. 

565x200_rufu_mustafa_LaVallete.png

Bis-saħħa ta’ xeni qosra u umoristiċi, l-atturi joħduna fi żmien il-Franċiżi u jlaqqgħuna ma’ min vera kien Napuljun. Naraw kif kienu jitħarġu is-suldati rekruti fi żmien il-gwerra u niskopru kif verament inkitbu l-kliem  tal-Innu Malti. Id-disinn tas-set flimkien ma’ kostumi pprovduti minn Louie Noir, se jgħinuna biex verament ngħixu dawk iż-żminijiet.  

Wara l-ġrajja tal-Indipendenza u l-Ħelsien, naraw kif kienu jgħixu l-Maltin fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet. Nirrakkuntaw avvenimenti bħall-ewwel miġja tal-Papa u kif irreagixxew il-Maltin għall-Eurovision ta’ 1998. 

565x200_karmena_ninu.png

Ix-xeni kollha huma mżewqa b’kanzunetti magħrufa b’arranġament mużikali ta’ Christian Arding u lirika ta’ Dorian Micallef. Din is-serata ta’ satira, tispiċċa b’xeni fil-futur fejn ser inkunu nistgħu  nesploraw kif se tkun Malta u kif se jgħixu l-Maltin fis- sena 2040.

565x200_george_pawlu_Dorian_02.png

B’kitba ta’ George Micallef u direzzjoni ta’ Pawlu Bonello, din is-serata ta’ satira se toffri spettaklu ta’ daħk, kant u żfin għall- familja kollha ta’ kull età.  Fost l-atturi li se jieħdu sehem insibu lil Kris Spiteri, Mario Spiteri Snitz, Pawlu Bonello, Stephanie Grech Mallia, Dorian Micallef, Claudia Mizzi, Matthew Balzan, George Micallef u Kaya Piscopo.

565x200_half_group.png

Il-korjografija ta’ żfin hija ta’ Keith Dance  Studio, il-make up artistiku huwa kollu xogħol mit-tim ta’ Graziella Casha filwaqt li Vince Piscopo minn Photoscopo Malta, huwa d-direttur tal-fotografija. 

565x200_dancers.png
565x200_napuljun_josephine.png
bottom of page